2 869 855 libros electrónicos en 110 idiomas
¿No le conviene? No hay problema. Puedes devolver los artículos hasta 30 días
No se equivocará con un vale de regalo. El destinatario puede elegir cualquier producto de nuestra oferta.
Hasta 30 días para devoluciones
Skont il-leġġenda, Abdul kien furban Tork li kien spiss jersaq lejn Għawdex bil-galjotta tiegħu biex jara x'jista' jisraq u jġorr lejn pajjiżu. F'waħda mill-mawriet tiegħu huwa tfixkel fid-dlam u waqa' ġo ħondoq li ma setax joħroġ minnu. Sħabu damu jistennewh u fl-aħħar telqu lura mingħajru. Erba' bdiewa minn San Lawrenz isibuh u riedu jpattulu għal dak kollu li kienu ilhom isofru l-Għawdxin mit-Torok tul is-snin. Jaqtgħuha li jħalluh fil-ħondoq sa ma jmut bil-ġuħ u bil-għatx. Huwa jqatta' ġranet sħaħ iħaffer b'idejh biex isib l-ilma u meta jirnexxilu, tant jixrob ilma li jifqa' l-istonku tiegħu u jmut. L-ilma jibqa' jnixxi sal-lum u l-ħondoq sar jismu l-Għajn Abdul.